Saturday, December 21, 2024

Joseph Grech huwa l-Bormliż li tilef ħajtu wara li ntlaqat minn ambulanza fl-Isptar Mater Dei

Aqra wkoll

Dan is-sit jinsab infurmat li l-vittma, li huwa raġel ta’ 48 sena residenti Bormla ġie identifikat bħala Joseph Grech.

Grech miet traġikament, hekk kif ftit tal-ħin ilu għall-ħabta tal-5:00 p.m, kien involut f’inċident tat-traffiku fl-Isptar Mater Dei.

Il-vittma ngħata l-għajnuna mit-tim mediku, iżda sfortunatament huwa ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.

Raġel imut wara li nltaqat minn ambulanza fl-Isptar Mater Dei

Raġel ta’ 48 sena residenti Bormla miet traġikament, hekk kif ftit tal-ħin ilu għall-ħabta tal-5:00 p.m, kien involut f’inċident tat-traffiku fl-Isptar Mater Dei.

L-inċident seħħ hekk kif għal xi raġuni, ambulanza misjuqa minn raġel ta’ 36 sena miż-Żejtun laqtet lill-vittma li huwa ħaddiem fl-isptar.

Il-vittma ngħata l-għajnuna mit-tim mediku, iżda sfortunatament huwa ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.

Dwar il-każ inħatret inkjesta mill-Maġistrat Antoine Agius Bonnici li ħatar bosta esperti biex jgħinuh.

Il-Pulizija tinsab għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha dwar il-każ.

Ekonomija

Sport