Tuesday, May 14, 2024

Raġel indarab gravi wara li ntlaqat minn karozza fil-Ħamrun

Aqra wkoll

Raġel weġġa’ gravi wara wara li għall-ħabta tal-11:00 p.m kien involut f’inċident fi Triq il-Kbira San Ġużepp fil-Ħamrun.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li raġel ta’ 34 sena residenti l-Ħamrun kien intlaqat minn Suzuki Swift li kienet qiegħda tinstaq minn raġel ta’ 49 sena residenti Bormla.

Fil-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li ħadet lir-raġel midrub lejn l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport