Tuesday, December 24, 2024

Raġel isib żewġ “teżori” antiki waqt li kien qed jiżbarazza d-dar 

Wieħed miż-żewġ teżori jinsab għand l-irkantatur Mark Laban

Aqra wkoll

Raġel ta’ 25 sena li kien qed jiżbarazza l-kmamar tad-dar minħabba li kien se jibdel ir-residenza tiegħu, sab munita antika li tapartjeni għal żmien il-Griegi u vażun antik ta’ stil Ming. Il-munita ntebaħ biha waqt li kien qed ineħħi l-ħaxix ħażin mill-ġnien tiegħu filwaqt li l-vażun sabufil-kamra ta’ fuq il-bejt.

Apparentament, il-vażun kien xtrah missieru snin ilu, u x-xahar li għadda nbiegħ għas-somma ta’ £1,450 — iktar mid-doppju tal-prezz li kien stmat, filwaqt li l-munita li tinsab għand l-irkantatur Mark Laban mistennija tinbiegħ waqt irkant fit-8 ta’ Marzu li ġej.

Il-bejjiegħ, li ismu mhux magħruf, kien żamm il-munita fil-kexxun tiegħu għal sentejn sħaħ mingħajr qatt ma ta kasha, tant li spiċċa nsieha; kien meta beda jiżbarazza l-kamra ta’ fuq il-bejt li ftakar fiha.

“Ħsibtni qed noħlom … Din il-munita hija ta’ żmien il-Griegi,” qal Charles Hanson – l-Istilla famuż tal-programm televiżiv Antiques Road Trip, skont mhu rrappurtat mill-midja Ingliża Metro. Huwa kompla jgħid li din il-munita, magħrufa bħala “tetradrachm”, jista’ jkun li tmur lura għat-tmexxija ta’ Alessandru l-Kbir, jiġifieri madwar is-snin 336-323 Q.K.

“Normalment, it-tetradrachms li jkunu meqjusa “rari” jġibu prezzijiet tajbin minħabba l-livell artisiku tagħhom … il-minuta ta’ dan il-bejjiegħ turi lil Alessandru l-Kbir filwaqt li fuq wara tagħha hemm Zeus.

Il-persuni li kellhom minn din il-munita f’dik l-era, dak iż-żmien setgħu jixtru affarijiet “tal-lussu”, fosthom ġojjellerija, żwiemel u armi; kienet ekwivalenti għal paga ta’ erbat ijiem. Illum il-ġurnata, din il-munita hija stmata li tiswa bejn £200-£300, jispjerga Hanson.

Ekonomija

Sport