Sunday, November 17, 2024

Raġel isofri ġrieħi gravi f’inċident f’Raħal Ġdid

Aqra wkoll

Raġel kien involut f’inċident li seħħ illum għall-ħabta tan-nofsiegħa, fl-inħawi tal-Qasam Industrijali ta’ Kordin, Raħal Ġdid. 

Ir-raġel, li għandu 48 sena u jgħix Ħal Qormi, waqa’ minn fuq trakk waqt li kien qed jgħabbi xi materjal.

Fil-post issejħet ambulanza u tim mediku li taw l-ewwel għajnuna lir-raġel sakemm dan seta’ jittieħed lejn l-Isptar Mater Dei għal aktar attenzjoni medika. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li sofra minn ġrieħi gravi. 

L-investigazzjonijiet tal-pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin. 

Ekonomija

Sport