Sunday, December 22, 2024

Raġel isofri ġrieħi gravi f’inċident tat-traffiku f’Għajnsielem

Aqra wkoll

Raġel ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi wara li għall-ħabta tal-11.30pm tal-bieraħ kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq l-Imġarr f’Għajnsielem Għawdex.

Mill-ewwel investigazzjonijiet jirriżulta li l-inċident seħħ bejn karozza Volkswagen Tiguan li kienet misjuqa minn raġel ta’ 52 sena residenti x-Xewkija, u mutur Suzuki li kien misjuq minn raġel ta’ 25 sena residenti n-Naxxar.

Fuq il-post isejjaħ tim mediku b’ambulanza li taw l-ewwel għajnuna lis-sewwieq tal-mutur. Hu ttieħed l-Isptar fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport