Monday, December 23, 2024

Raġel iweġġa’ fit-trakka ta’ Ħal Far

Aqra wkoll

Raġel ta’ 47 sena mill-Mellieħa, għall-ħabta tan-nofs siegħa ta’ wara nofsinhar tal-lum, kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei għax weġġa’ f’aċċident waqt li kien fit-trakka ta’ Ħal Far, Birżebbuġa.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li r-raġel tilef il-kontroll tal-mutur li kien qed isuq u waqa’.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħaditu l-isptar għall-aktar assistenza medika, fejn ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.

Ekonomija

Sport