Friday, November 15, 2024

Raġel iweġġa’ gravi f’allegat ‘hit and run’ fl-Imsida

Aqra wkoll

Raġel kellu jiddaħħal l-Isptar wara li illum, għall-ħabta tal-00:15 a.m. Huwa kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq Dun Karm, l-Imsida.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li li kien seħħ inċident bejn e-kick scooter, li fuqha kien hemm Kolombjan ta’ 32 sena residenti San Pawl il-Baħar, u karozza, li telqet minn fuq il-post tal-inċident.

Fil-post issejħet ambulanza u tim mediku li assista lir raġel sakemm dan seta’ jittieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li sofra minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport