Friday, November 15, 2024

Raġel iweġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku f’Birkirkara

Aqra wkoll

Raġel kellu jiddaħħal l-Isptar wara li lbieraħ għall-ħabta tal-11:00 p.m. kien involut f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq il-Wied, Birkirkara.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li seħħ impatt bejn mutur KTM Duke misjuq minn raġel ta’ 25 sena min-Nepal residenti Birkirkara u vettura Toyota Aygo misjuqa minn Taljana ta’ 35 sena residenti San Ġwann.

Ir-raġel min-Nepal ingħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku mill-Isptar Mater Dei sakemm aktar tard seta’ jittieħed lejn l-Isptar għal aktar kura fejn ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport