Wednesday, March 27, 2024

Fir-Renju Unit: Tlieta mill-vittmi tal-iStrep A għandhom inqas minn 10 snin

Aqra wkoll

Skont il-midja Ingliża Metro, minn stħarriġ illi sar jidher li minn Settembru ‘l hawn fir-Renju Unit mietu madwar 15-il persuna bl-iStrep A. Il-vittmi għandhom inqas minn 15-il sena u skont l-Awtorità tas-Saħħa Ingliża (UKHSA) 13 minn dawn l-imwiet seħħew fl-Ingilterra filwaqt li ż-żewġ imwiet l-oħra ġew irreġistrati f’Belfast u Wales.

Tlieta mill-vittmi ta’ din il-marda huma tfal ta’ inqas minn 10 snin: Hanna Roap (ċkejkna ta’ seba’ snin minn Wales), Stella-Lily McCorkindale (tifla’ ta’ ħames snin minn Belfast) u Muhammad Ibrahim Ali (tfajjel minn Buckinghamshire li miet fl-età tenera ta’ erba’ snin).

‘Group A Streptococcus’ huwa t-terminu tekniku li ngħata meta bniedem ikollu tip ta’ batterja f’ġismu li normalment tkun tinsab fi griżmejh jew fuq il-ġilda. Normalment din il-batterja tikkawża mard ħafif — uġigħ fil-griżmejn jew infezzjoni fil-ġilda, tant li l-biċċa l-kbira tal-persuni li jkunu qed iġorru dil-batterja f’ġisimhom ma jkollhom l-ebda sintomu. F’każijiet rari din il-batterja tista’ tikkawża mard serju u qerriedi.

S’issa qed jiġi rrappurtat li l-każijiet tal-iStrep A żdiedu b’iktar minn erba’ darbiet din is-sena meta mqabbel ma’ snin oħra. 

Ekonomija

Sport