Raġel ta’ 37 sena residenti x-Xewkija, għall-ħabta ta’ 8.45pm, ittieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għax weġġa’ f’inċident tat-traffiku fi Triq l-Imġarr, ix-Xewkija, Għawdex.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Maruti Gypsy, misjuqa minn raġel ta’ 67 sena residenti San Pawl il-Baħar u mutur Honda, misjuq mill-vittma.
Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.