Monday, May 13, 2024

UCL: FC Copenhagen u Napoli jikkwalifikaw … Man Utd eliminati

Aqra wkoll

Meta ntlagħab l-ewwel programm tas-sitt u l-aħħar ġurnata tal-Fażi tal-Gruppi tal-UEFA Champions League, ikkwalifikaw żewġ timijiet oħra għall-Aħħar … fejn jonqos biss tnejn li għandhom jiġu de­ċiżi proprju llum.

Iż-żewġ timijiet li għaddew ilbieraħ huma FC Copenhagen u Napoli.

Grupp A

Man Utd v Bayern M. – F’darhom, Manchester United tilfu bl-iskor ta’ 1-0 kontra r-rebbieħa tal-grupp, Bayern Munich, biex sfaw eliminati.

L-uniku goal tal-partita wasal minn Kingsley Coman (71).

Copenhagen v Galatasaray – F’partita diretta, FC Copenhagen għelbu lil Galatasaray bl-iskor ta’ 1-0 biex kitbu l-istorja hekk kif għaddew mal-Aħħar 16 filwaqt li t-Torok se jilagħbu fil-UEFA Europa League.

Il-goal importanti wasal minn Lukas Lerager (58).

Grupp B

PSV v Arsenal – Dan il-konfront kien wieħed ta’ formalitá hekk kif iż-żewġ timijiet kienu diġá qatgħu l-passaġġ tagħhom għall-Aħ­ħar 16 … fejn spiċċaw fi draw ta’ 1-1.

Arsenal, li rebħu l-grupp, fetħu l-iskor permezz ta’ Edward Nketiah (42) iżda Yorbe Vertessen (50) kiseb id-draw għal PSV Eindhoven.

Lens v Sevilla – Lens ospitaw lil Sevilla u għelbuhom bl-iskor ta’ 2-1 biex filwaqt li huma kkwalifikaw għall-UEFA Europa League, l-Ispanjoli sfaw eliminati.

Il-goals tal-Franċiżi was­lu minn Przemyslaw Fran­kowski (63 pen) u Angelo Fulgini (92) waqt li Sergio Ramos (79 pen) kiseb id-draw momentarju għal Sevilla.  

Grupp C

Napoli v Braga – Napoli komplew javvanzaw f’din il-kompetizzjoni meta f’darhom rebħu l-konfront dirett kontra Braga bl-iskor ta’ 2-0.

Fil-veritá kienet diffiċli għal dawn tal-aħħar minħabba li riedu jirbħu b’differenza ta’ żewġ goals biex issa ġew relegati għall- UEFA Europa League.

Il-goals tal-Partenopei waslu minn auto-goal ta’ Serdar Saatci (9) u Victor Osimhen (33).

Un. Berlin v Real Madrid – Ir-rebbieħa tal-grupp b’punti massimi, Real Mad­rid, għelbu lil Union Berlin 3-2, li ġew eliminati.

Kevin Volland (45) u Alex Kral (85) skorjaw għall-Ġermaniż filwaqt li  Joselu (61, 72) u Dani Ceballos (89) skorjaw għall-Madrileni.

Luka Modric (45+2) falla penalty għall-Madrileni. 

Grupp D

Inter v Sociedad – Inter u Real Sociedad spiċċaw fi draw ta’ 0-0 biex l-Ispanjoli rebħu l-grupp filwaqt li n-Nerazzuri spiċċaw fit-tie­ni pożizzjoni.

Salzburg v Benfica – Benfica temmew fit-tielet post b’rebħa ta’ 3-1 fuq Salzburg li sfaw eliminati.

L-iskorers kinu Angel Di Maria (32), Rafa Silva (45) u Arthur Cabral (93) filwaqt li Luka Sucic (57) wieġeb għall-Awstrijaċi.

Sport