Wednesday, December 25, 2024

Raġel iweġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku fiż-Żurrieq

Aqra wkoll

Raġel ta’ 32 sena residenti ż-Żurrieq kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei wara li għall-ħabta tas-2.30pm kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq il-Wied iż-Żurrieq.

Il-Pulizija fi stqarrija qalu li huma marru minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Mitsubishi Colt misjuqa minn raġel ta’ 32 sena residenti ż-Żurrieq u trakk Iveco misjuq minn raġel ta’ 22 sena residenti r-Rabat.

Is-sewwieq tal-Mitsubishi ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu wkoll fuq il-post sabiex jassistu.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.

Ekonomija

Sport