Monday, August 4, 2025

Raġel iweġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku f’Ta’ Xbiex

Aqra wkoll

Raġel ta’ 28 sena u joqgħod Ħal Għargħur, għall-ħabta tat-7.45am, ittieħed l-Isptar Mater Dei għax weġġa’ f’inċident tat-traffiku fi Triq ix-Xatt ta’ Xbiex, Ta’ Xbiex.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li r-raġel intlaqat minn Toyota IQ, li kien qed tinstaq minn Taljan ta’ 52 sena residenti l-Gżira.

Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport