Thursday, December 19, 2024

Raġel jindarab gravi wara li ġie aggredit f’San Ġiljan

Aqra wkoll

Raġel iddaħħal l-isptar il-lejl li għadda wara li għall-ħabta tas-1:30 a.m kien aggredit minn persuna fi Triq San Ġorġ, San Ġiljan. 

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li kien seħħ reat minn persuna (li l-identità tagħha mhix magħrufa), fuq raġel ta’ 26 li għandu nazzjonalità Franċiża.

Tim mediku ta l-assistenza tiegħu lill-Franċiż sakemm seta’ jittieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura permezz ta’ ambulanza li ssejħet fil-post. Iżjed tard huwa ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin. 

Ekonomija

Sport