Friday, May 3, 2024

“Ir-Russja biddlet lil Donbas f’infern”

Aqra wkoll

Hekk kif it-taqtigħa bejn ir-Russi u l-Ukreni qed tkompli tiħrax fir-reġjun ta’ Donbas, il-President Ukren Volodymyr Zelensky akkuża lir-Russja li biddlet ir-reġjun ta’ Donbas “f’infern”.

Fl-indirizz li jagħmel ta’ kull filgħaxija lill-poplu Ukren minn Kyiv, Zelensky sostna li l-attakki f’Odessa u fil-bliet li jinsabu fiċ-ċentru tal-Ukrajna ma jaqtgħu xejn, u li r-Russi qerdu r-reġjun ta’ Donbas. Huwa kompla jargumenta li dan huwa “attentat kriminali” biex ir-Russi jeqirdu lill-Ukreni, lid-djar tagħhom, il-faċilitajiet soċjali u l-intrapriżi.

Ilbieraħ, il-Ministru Ukren għad-Difiża akkuża lir-Russja li qed teskala l-attakki f’Donbas u mhix tħalli lir-residenti biex jitilqu minn hemm.

Sport