Raġel ta’ 41 sena minn Birkirkara sofra ġrieħi gravi wara li lbieraħ għall-ħabta tal-5.30pm inqaleb bil-mutur fi Triq Is-Salina, in-Naxxar.
Jirriżulta li r-raġel li kien qed isuq mutur Yamaha tilef il-kontroll u nqaleb.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet il-vittma l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.