Raġel ta’ 29 sena weġġa’ gravi wara li għall-ħabta tad-9.30pm tal-bieraħ il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident fi Triq Ċensu Tabone, San Ġiljan.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li Indjan ta’ 29 sena residenti San Pawl il-Baħar kien tilef il-kontroll tal-mutur li kien qed isuq u nqaleb.
Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.