Monday, May 13, 2024

Serie A: Rebħa minima ta’ Juventus fuq Napoli

Aqra wkoll

Federico Gatti skorja l-uniku goal hekk kif Juventus għelbu liċ-champions renjanti, Napoli, biex telgħu fil-quċċata tal-klassifika tas-Serie, għalkemm Inter li jinsabu punt warajhom iridu jirkupraw partita. 

Dan kien it-tieni goal ta’ Gatti minn daqstant partiti, bl-ieħor ikun deċiżiv fir-rebħa ta’ 2-1 fuq Monza. 

Kontra Napoli huwa skorja fil-51 minuta permezz ta’ daqqa ta’ ras. 

Napoli kienu l-aħjar fl-ewwel taqsima iżda ma setgħux isibu t-triq lejn il-lasti avversarji. 

Victor Osimhen kellu l-opportunità li jikse id-draw imma ma ma rnexxielux japprofitta minn indeċiżjoni tal-goalkeeper Wojciech Szczesny.

B’din it-telfa, Napoli baqgħu fil-ħames pożizzjoni.

Sport