Sunday, September 21, 2025

Raġel iweġġa’ gravi wara li ntlaqat minn karozza 

Aqra wkoll

Raġel ta’ 75 sena u joqgħod Ħaż-Żabbar, għall-ħabta tal-4.00pm, ittieħed l-Isptar Mater Dei għax weġġa’ f’inċident tat-traffiku fi Triq Ħal Luqa, Raħal Ġdid.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li r-raġel intlaqat minn Nissan March, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 29 sena residenti Santa Luċija.

L-anzjan ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport