Raġel kellu jiddaħħal l-Isptar wara li lbieraħ għall-ħabta tas-7:00 p.m kien involut f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq San Ġorg f’Birżebbuġa.
Minn stħarriġ illi sar irriżulta li r-raġel – Taljan ta’ 28 sena residenti Birżebbuġa – kien intlaqat minn Toyota Ist li kienet qiegħda tinstaq minn raġel ta’ 56 sena residenti Birżebbuġa.
It-Taljan ingħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku mill-Isptar Mater Dei sakemm aktar tard seta’ jittieħed lejn l-Isptar għal aktar kura fejn ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.