Saturday, December 28, 2024

Raġel iweġġa’ gravi wara li ntlaqat minn karozza fl-Imġarr Malta

Aqra wkoll

Raġel ta’ 32 sena residenti ż-Żejtun weġġa’ gravi wara li iktar kmieni llum, għall-ħabta tal-10:45 a.m., kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq Sir Temi Zammit, l-Imġarr.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li r-raġel intlaqat minn vettura Ford Kuga li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 44 sena residenti San Ġwann.

Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku sakemm seta’ jittieħed l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport