Tuesday, May 14, 2024

Raġel iweġġa’ gravi wara li waqa’ għoli ta’ madwar sular f’Birkirkara

Aqra wkoll

Raġel kellu jiddaħħal l-Isptar wara li aktar kmieni llum, għall-ħabta tal-10:15 a.m., il-kien involut f’inċident f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq Brared, Birkirkara.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li raġel ta’ 56 sena residenti Ħal Balzan kien qiegħed jagħmel xi xogħol f’gallarija u waqa’ għoli ta’ madwar sular.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Sport