Saturday, April 27, 2024

Raġel iweġġa’ gravi wara li waqa’ minn gallarija

Aqra wkoll

Raġel ta’ 55 sena residenti ż-Żurrieq, weġġa’ wara li waqa’ madwar sular mill-gallarija tiegħu għal ġo bitħa interna.

L-inċident seħħ għal ħabta tan-12.30pm, fi Triq il-Kittenija, iż- Żurrieq.

Il-vittma ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport