Raġel weġġa’ gravi wara li lbieraħ għall-ħabta tas-2:00 p.m kien involut f’inċident li seħħ fi Triq ix-Xatt Ta’ Xbiex, f’Ta’ Xbiex.
Minn stħarriġ illi sar irriżulta li kienet waqgħet struttura tal-ħadid fuq raġel ta’ 50 sena residenti l-Belt Valletta waqt li kien qiegħed jagħmel xi xogħol.
Fil-post issejħet ambulanza u tim mediku li ta l-ewwel għajnuna lir-raġel sakemm huwa seta’ jittieħed lejn l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha fuq il-każ.