Saturday, May 4, 2024

Raġel iweġġa’ serjament wara li ntlaqat minn karozza f’Ħal Qormi

Aqra wkoll

Raġel iddaħħal l-Isptar ibieraħ filgħaxija għall-ħabta tat-08:15 p.m., wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq il-Wied, Ħal Qormi.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li raġel ta’ 59 sena residenti Ħal Qormi, intlaqat minn Toyota Vitz li kienet qed tinstaq minn mara ta’ 41 sena residenti Birkirkara.

Tim mediku ta l-assistenza tiegħu lir-raġel sakemm seta’ jittieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura permezz ta’ ambulanza li ssejħet fil-post. Iżjed tard huwa ġie ċċertifikat li weġġa’ serjament.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Victor Axiak ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Sport