Monday, April 14, 2025

Raġel iweġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku f’Birżebbuġa

Aqra wkoll

Ilbieraħ, għall-ħabta tas-5.45pm, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq Birżebbuġa, Birżebbuġa.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post, fejn minn stħarriġ preliminari illi sar irriżulta li seħħet ħabta bejn Smart misjuqa minn raġel ta’ 41 sena residenti l-Gudja, u Toyota Passo misjuqa minn mara ta’ 36 sena li tgħix Ħaż-Żabbar.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei. Iktar tard, huwa ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport