Ir-raġel li aktar kmieni llum intlaqat minn karozza fi Triq l-Indipendenza fil-Furjana ġie ċċertifikata li sofra ġrieħi gravi.
Il-pulizija qalu fi stqarrija li raġel għandu 29 sena u hu mill-Pakistan.
Aktar kmieni:Persuna tittieħed l-isptar wara li ttajret f’Tal-Pieta
Kien għall-ħabta tal-11.30 meta karozza tal-għamla Seat misjuqa minn raġel ta’ 23 sena mill-Kalkara laqtet persuna li kienet mixja fi Triq l-indipendenza fil-Belt Valletta.
Fuq il-post mar tim mediku mill-Isptar Mater Dei li ħadet lill-persuna l-isptar għal aktar kura.
L-identità u l-kundizzjoni tal-persuna li sfat imtajra għadha mhux magħrufa.
Il-pulizija mid-Distrett tal-Belt qegħdin jinvestigaw dan l-inċident.
Aktar informazzjoni kif taslilna…