Friday, May 3, 2024

Arpista Maltija – Taljana b’kunċert f’Għawdex

Aqra wkoll

Il-Fondazzjoni Kulturali JP2 qed tospita Arpista Maltija ~ Taljana Marianna Magnatta minn Foggia l-Italja li ggradwat fit-28 ta’ Marzu 2024 mill-Konservatorio di Musica “E.R. Duni” ta’ Matera l-Italja.

Il-Fondazzjoni Kulturali JP2 qed torganizza dan il-kunċert ta’ debutt fil-Kappella tal-Madonna ta’ Lourdes fl-Imġarr Għawdex. Apparti numru ta’ siltiet mużikali ser jindaqqu fuq l-arpa minn Maraianna hi ser iddoqq “ Etude Impromptu op. 37” ta’ Luigi M. Tedeschi u “Impromptu op.13” ta’ Edmund Schuëcker. Il-kunċert tad-debutt se jsir għada l-Erbgħa 24 ta’ April 2024 li jibda fit-8.00pm.

Il-Fondazzjoni Kulturali JP2 qed tikkollabora bis-sħiħ mal-Kunsill Lokali ta’ Għajnsielem biex ttella’ dan il-kunċert. Minħabba li l-kappella għandha numru żgħir ħafna ta’ siġġijiet, dawk li beħsiebhom jattendu għandhom jibbukkjaw fuq 99441076.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport