Bħalissa għaddejja operazzjoni mill-Ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili wara li raġel għal xi raġuni waqa’ bil-karozza b’kollox minn fuq is-sisien tal-Aħrax tal-Mellieħa.
L-ewwel indikazzjonijiet jidher li r-raġel kien għadu ħaj fil-karozza x’ħin waslu l-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili biex isalvawh.
Fuq il-post marret dgħajsa tal-Forzi Armati ta’ Malta biex jgħinu fl-operazzjoni tas-salvataġġ.
Kelliem għall-Pulizija kkonferma dan il-każ ma’ dan is-sit.
Aktar dettalji kif jaslulna.