Monday, July 15, 2024

Jeħlu sena ħabs sospiżi u multa ta’ €6,000 wara li ġġieldu mal-pulizija

Aqra wkoll

Maria Patricia De Las Heras u Christoph Jorge Valdiva Docio, it-tnejn ta’ 40 sena residenti s-Swieqi, iżda b’ċittadinanza Spanjola ġew ikkundannati sena ħabs sospiża għal 3 snin kif ukoll multa ta’ €6,000 wara li nstab ħatja li ġġieldu mal-pulizija meta kienu qabduhom fi grupp ta’ 30 persuna fi żmien meta kien hemm ir-restrizzjonijiet tal-Covid-19.

Magħhom kienet tressqet ukoll Carla Ramirez Casco ta’ 27 sena li hija residenti San Ġiljan u wkoll b’ċittadinanza Spanjola. Hija ma nstabix ħatja li wettqet ir-reati li kienet akkużata bihom.

Kien fil-15 ta’ Mejju tal-2020 meta għall-ħabta tal-10.00pm l-Pulizija fl-Għassa ta’ San Ġiljan kellhom informazzjoni li quddiem stabbiliment kien hemm madwar 30 persuna f’daqqa.

Meta l-pulizija marru fuq il-post sabu li wħud minnhom kienu nfirdu minn mal-grupp, iżda f’ħin minnhom inqalgħet kommossjoni bejn uħud mill-persuni li kien għad hemm u l-pulizija tant li spiċċaw jiġġieldu.

Dakinhar il-Pulizija kienu arrestaw 6 persuna fosthom l-akkużati. 3 minnhom kienu ammettew l-akkużi kontrihom wara li tressqu l-Qorti jumejn wara.

Il-Maġistrat Marse-Ann Farrugia wara li semgħet il-provi sabet lil Patricia De Las Heras u Christoph Jorge Valdiva Docio ħatja li ġġieldu mal-pulizija u għalhekk ikkundannathom piena ta’ ħabs sospiża u multa filwaqt li Carla Ramirez Casco ma sabithix ħatja tal-istess akkuża.

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Brian Xuereb.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport