Kien għall-ħabta tat-3.46pm meta l-pulizija u tim medika minn Mater Dei ġie msejjaħ biex imur jassisti raġel li kien għadu kemm waqa’ madwar żewġ sulari fi Triq il-Ġir il-Kalkara.
Ir-raġel Sirjan ta’ 22 sena waqa’ minn gallerija waqt li kien qiegħed jagħmel xi xogħol fiha.
Wara li ngħata l-kura fuq il-post hu ttieħed l-isptar Mater Dei għal aktar kura.
Il-kundizzjoni taż-żagħżugħ għadha mhux magħrufa filwaqt li l-Pulizija qegħdin jinvestigaw dan il-każ.