Monday, May 13, 2024

Grupp ta’ Palestinjani jipprotestaw fl-Imsida kontra l-gwerra

Aqra wkoll

Grupp ta’ Palestinjani u persuni oħrajn li jemmnu fid-drittijiet tagħhom inġabru quddiem il-Knisja tal-Imsida fejn wettqu protesta paċifika fejn talbu biex Iżreal iwaqqaf l-attakki fuq il-Medda ta’ Gaza b’mod immedjat.

Iżreal qiegħed iwettaq attakki wara li l-grupp militanti Hamas li jigvern il-Medda ta’ Gaza wettaq attakk permezz ta’ aktar minn 5,000 rokit kif ukoll ħataf diversi persuni.

Iżreal ilu snin twal jokkupa l-art, u kull tant żmien joħroġ permess li jinbnew aktar djar f’art li hija tal-Palestinjani. Il-Gvern Iżrealit jieħu l-art bil-forza tant li eluf kbar ta’ Palestinjani spiċċaw jgħixu fit-tined.

Is-Segretarju tan-Nazzjonijiet Magħquda fl-aħħar sigħat wissa’ wkoll lil Iżreal li anke fil-gwerra hemm ir-regoli. Li qiegħed jagħmel Iżreal fejn eżilja aktar minn miljun persuna mill-bqija tad-dinja fejn la għandhom dawl, la ilma u wisq aktar mediċina qiegħed jikser il-liġi internazzjonali.

Sport