Ingliż ta’ 61 sena sofra ġrieħi gravi wara li ntlaqat minn karozza.
L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tas-1.45p.m. fi Triq Sant’Andrija, San Ġiljan.
Il-karozza, tat-tip Jaguar, kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 52 sena residenti l-Msida.
L-Ingliż ngħata l-assistenza minn tim mediku u ttieħed l-Isptar permezz t’ambulanza.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.