Tuesday, December 24, 2024

Raġel jinqatel u tnejn oħra sfaw midrubin f’attakk terrorisitku qrib it-Torri Eiffel

Aqra wkoll

Raġel ta’ nazzjonalità Ġermaniża inqatel u tnejn oħra sfaw midrubin hekk kif għall-ħabta tad-9.00pm tal-bieraħ, raġel Franċiż wettaq attakk terroristiku qrib it-Torri Eiffel f’Pariġi.

Il-Ministru tal-Intern Franċiż Gérald Darmanin qal li r-raġel li wettaq l-attakk terrorisitku għandu 26 sena u kien magħuf sew mas-servizz tas-Sigurtà. Hu ġie arrestat fuq il-post filwaqt li l-prosekuzzjoni ta’ kontra t-terroriżmu ferħu investigazzjoni.

Skont xhieda fuq il-post u li tkellmu mal-aġenziji internazzjonali tal-aħbarijiet qalu li r-raġel beda jgħajat “Allahu Akbar” hekk kif beda jagħti daqqiet ta’ sikkina lil dawk li kien hemm quddiemu. Qiegħed jiġi rraportat ukoll li hekk kif ġie arrestat hu qal lill-pulizija li wettaq dan l-attakk minħabba li kien imdejjaq ħafna bil-ħafna Musulmani li qegħdin jinqatlu fl-Afghanistan u anke fil-Palestina.

Hu kien diġà ngħata sentenza ta’ ħabs dwar pjani biex iwettaq attakk terroristiku fl-2016.

Ekonomija

Sport