Wednesday, December 25, 2024

Raġel jinżamm arrestat wara li nqabad jisraq minn diversi vetturi fin-Naxxar

Aqra wkoll

Azzjoni immedjata mill-Pulizija wasslet sabiex matul il-lejl li għadda ġie arrestat raġel ta’ 49 sena. L-arrest sar ftit tal-ħin biss wara li allegatament kien għadu kemm wettaq serq minn vetturi

Il-Pulizija ġiet infurmata għall-ħabta tal-11:00 p.m, li fi Sqaq il-Laqx, fin-Naxxar kien hemm raġel suspettuż li deher qed jisgassa karozza.

Il-Pulizija marru fuq il-post u sabu li fl-akwati kien hemm żewġ karozzi li ġew misruqa.

Minn tfittxija li saret fuqu nstabu l-affarijiet rrappurtati misruqa.

Ir-raġel qiegħed jinżamm fil-lock-up tal-Pulizija fil-Kwarteri Ġenerali, il-Furjana.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport