Saturday, May 4, 2024

Raġel jisraq ħabbata għax m’għandux x’jiekol

Aqra wkoll

Żabbari ta’ 33 sena kien ikkundannat 14-il xahar ħabs mill-Maġistrat Rachel Montebello wara li ammetta li seraq ħabbata ta’ bieb u ‘jigger’ mill-istess lokalita.

Mario Zammit ammetta li fl-24 ta’ April seraq il-ħabbata b’dannu għal Salvatore Delia u li l-għada 25 ta’ April seraq il-‘jigger’ b’dannu għal Joseph Vassallo.

L-Avukat Josette Sultana, li dehret għal Zammit, irrimarkat li huwa wettaq is-serq għax m’għandux impjieg u lanqas x’jiekol u semmiet kif fl-aħħar 15-il jum il-piż tiegħu naqas b’50 kilo.

Min-naħa tiegħu l-Ispettur Eman Hayman, li investiga s-serqiet u mexxa l-prosekuzzjoni, sostna li minkejja dan il-fatt Zammit ta prijorita lill-vizzju tad-droga fuq l-ikel.

Sport