Ir-Re Karlu mill-ġdid reġa’ safa f’mira ta’ attakk ieħor bil-bajd. Din kienet it-tieni darba fi ftit ġimgħat li waqt li r-Re jkun idur mal-pubbliku persuna titfa’ bajda fid-direzzjoni tiegħu. Il-pulizija u l-membri tas-sigurtà mill-ewwel arrestaw lir-raġel.
Ftit tas-sekondi wara li seħħ l-attakk fuq ir-Re, il-membri tas-sigurtà privati tiegħu ħadu f’post sigur.
Iżda r-Re li għandu 74 sena, mill-ewwel reġa’ ħareġ idur mal-pubbliku li kienu ilhom sigħat jistennewh jasal.
Bħalissa r-Re qiegħed jagħmel żjara fil-belt ta’ Luton fejn fost l-attivitajiet li għandu ppjanati hemm dik li jikxef monument f’ġieh ommu r-Reġina Eliżabetta II.