Wednesday, April 24, 2024

Il-Portugall wisq b’saħħithom għall-Isvizzera

Aqra wkoll

Portugall……………..6

Svizzera………………1

Il-Portugall irriżultaw bħala wisq b’saħħithom għall-Isvizzera meta għelbuhom bl-iskor kbir ta’ 6-1, biex b’hekk kisbu l-passaġġ għall-kwarti tal-finali mingħajr tbatija.

Il-Portugiżi fetħu l-iskor fis-17-il minuta meta Joao Felix għadda tajjeb lejn Goncalo Ramos li minn pożizzjoni ideali tefa’ ġewwa.

Huma rduppjaw l-iskor fit-33 minuta meta minn azzjoni ta’ corner mogħti minn Bruno Fernandes, Pepe daħal bejn Akanji u Schar u permezz ta’ daqqa ta’ ras mill-viċin tefa’ l-ballun wara Sommer.

Fit-tieni taqsima, kompla d-dominju assolut tal-Portugall u fil- għamluhom tlieta meta Diogo Dalot xeħet cross li sab lil Goncalo Ramos li minn qagħda ideali tefa’ ġewwa.

U jidher li huma ma kinux kuntenti biżżejjed b’dan l-iskor hekk kif skorjaw ir-raba’  goal meta Joao Felix għadda lejn Otavio li min-naħa tiegħu serva lil Goncalo Ramos li għadda lejn Guerrero li b’xamma kbira għall-goal tefa’ ġewwa.

L-Iżvizzeri naqsu l-marġni tal-iskor fil- meta minn azzjoni ta’ corner mogħti minn Xherdan Shaqiri, Manuel Akanji, b’daqqa ta’ ras mill-viċin tefa’ l-ballun f’lasta vojta, b’dan ikun l-ewwel goal għall-Isvizzera f’partita knock-out tat-Tazza tad-Dinja sa mill-1954.

Iżda kienu l-Portugiżi li skorjaw il-ħames goal meta Joao Felix għadda tajjeb lejn Goncalo Ramos li b’eleganza qabbeż bi ftit il-ballun minn fuq Sommer, biex b’hekk ta’ 21 sena rreġistra hat-trick personali.

Huma ssiġillaw ir-rebħa permezz ta’ Rafael Leao fil-ħin miżjud.

Portugall: Diogo Costa, Diogo Dalot, Pepe, Ruben Dias, Raphael Guerreiro, Monteiro Otavio (Vitinha 73), William Carvalho, Bernardo Silva (Ruben Neves 81), Bruno Fernandes (Rafael Leao 81), Goncalo Ramos (Ricardo Horta 73), Joao Felix (Cristiano Ronaldo 73) Coach: Fernando Silva

Svizzera: Yann Sommer, Manuel Akanji, Fabian Schar (Eray Cornert 46), Ricardo Rodriguez, Granit Xhaka, Edimilson Fernandes, Djibril Sow (Haris Seferovic 54), Remo Freuler (Denis Zakaria 54), Ruben Vargas (Noah Okafor 66), Breel Embolo (Ardon Jashari 89), Xherdan Shaqiri Coach:

Referee: Arturo Cesar Ramos (Messiku)

Ammoniti: F. Shar, E. Cornert (P)

Sport