Raġel ta’ 24 sena residenti Ħal Balzan kellu jiddaħħal l-isptar wara li ttajjar minn karozza meta kien qiegħed jaqsam fi Triq l-Imdina.
L-inċident seħħ għall-ħabta tad-8.45am. Il-karozza li allegatament tajret lir-raġel kienet misjuqa minn raġel ta’ 53 sena residenti Wied il-Għajn.
Il-kundizzjoni tal-persuna li ttajret għadha pendenti, filwaqt li l-pulizija qegħdin jinvestigaw dan l-inċident.
