Raġel kellu jittieħed l-Isptar wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fil-Qala Għawdex.
Mill-ewwel investigazzjonijiet jirriżulta kienet seħħet ħabta fi Triq il-Wileġ fil-Qala bejn karozza tat-tip Kai Stonic u mutur tal-għamla Kentoya. Il-Pulizija ġew informati b’dan il-każ għall-ħabta tat-3.30pm.
Fuq il-post mar tim mediku b’ambulanza li taw l-ewwel għajnuna lis-sewwieq tal-mutur fejn aktar tard ittieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex.
Il-pulizija jinsabu fuq il-post jinvestigaw il-każ.
Il-kundizzjoni tas-sewwieq tal-mutur s’issa għadha mhix magħrufa.