Saturday, December 21, 2024

Raġel l-Isptar wara ħabta bejn mutur u vann fil-Munxar

Aqra wkoll

Raġel residenti l-Munxar kellu jiddaħħal l-Isptar Ġenerali t’Għawdex wara li għall-ħabta tal-9.45am kien involut f’inċident tat-traffiku fl-istess lokalità.

Il-Pulizija fl-Għassa tar-Rabat ġew informati li fi Triq Prof. Guze Aquilina fil-Munxar kien għadu kemm seħħ inċident fejn mutur u vann.

Uffiċjali tal-Pulizija marru mill-ewwel fuq il-post u sejjaħ tim mediku b’ambulanza li taw l-ewwel għajnuna lir-raġel li kien qiegħed isuq il-mutur. Hu ttieħed l-Isptar għal aktar kura.

Ir-raġel sofra ġrieħi ħfief.

Il-pulizija qegħdin jinvestigaw il-każ.

Ekonomija

Sport