Sewwieq ta’ mutur kellu jidaħħal l-Isptar Ġenerali t’Għawdex wara li għall-ħabta tas-6.00pm kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq l-Imġarr fir-Rabat Għawdex.
Mill-ewwel investigazzjonijiet jirriżulta li s-sewwieq tal-mutur li għandu madwar 30 sena kellu mpatt ma’ vann bil-konsegwenza li spiċċa mal-art b’xi ġrieħi. Fuq il-post mar tim mediku b’ambulanza fejn wara li taw l-ewwel għajnuna lis-sewwieq tal-mutur ittieħed l-isptar għal aktar kura. Is-sewwieq tal-vann ma sofra l-ebda ġrieħi.
Il-kundizzjoni tiegħu s’issa għadha mhix magħrufa.
Il-pulizija qegħdin fuq il-post jinvestigaw dan l-inċident.