Sunday, May 5, 2024

Raġel l-Isptar wara ħabta fil-Fgura

Aqra wkoll

Raġel iddaħħal l-Isptar Mater Dei, wara li aktar kmieni, għall-ħabta tas-1:45 p.m kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq Hompesch fil-Fgura.

Mill-ewwel informazzjoni li kiseb dan is-sit irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn karozza tat-tip Citroen Picasso misjuqa minn anzjan ta’ 80 sena residenti Bormla, u karozza tat-tip Renault Kangoo misjuqa minn raġel ta’ 49 residenti l-Fgura stess. Kawża tal-inċident kellha tingħalaq it-triq għal xi ħin. 

Ir-raġel ta’ 49 sena ngħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku sakemm seta’ jittieħed l-Isptar għal aktar kura. S’issa l-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Aktar dettalji fil-ħin li ġej …

Sport