Monday, May 13, 2024

Fernando Diniz jibda tajjeb bħala kowċ interim tal-Brażil

Aqra wkoll

Il-kowċ interim tal-Brażil Fernando Diniz beda l-avventura tiegħu fit-tmun tat-tim nazzjonali b’rebħa ta’ 5-1 kontra l-Bolivja fl-ewwel logħba mill-fażi ta’ kwalifikazzjoni għat-tazza tad-dinja 2026.

Il-kowċ ta’ 49 sena bħalissa qed jikkowċja wkoll lil Fluminense. Bosta kritiċi tal-futbol Brażiljan qalu li hekk kif Carlo Ancelotti għadu ma ffirma l-ebda kuntratt mal-federazzjoni tal-futbol Brażiljana, jekk Diniz ikollu riżultati tajbin tul dan il-logħob ta’ kwalifikazzjoni, jista’ saħansitra jbiddel ħsieb il-president Ednaldo Rodrigues u jħalli lilu fil-kariga.

Sport