Wednesday, July 24, 2024

Raġel l-Isptar wara ħabta head on fi Triq it-Torri l-Imsida

Aqra wkoll

Raġel ta’ 47 sena residenti Ħal Qormi kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza wara li għall-ħabta ta’ 4.40pm kien involut f’ħabta head on fi Triq it-Torri l-Imsida.

Jirriżulta li mara ta’ 40 sena residenti San Pawl il-Baħar għal xi raġuni marret fuq il-linja l-ħażina bil-konsegwenza li sabet lis-sewwieq raġel ma’ wiċċha.

Il-mara kienet qiegħda ssuq Mercedes Benz A180 filwaqt li r-raġel kien qed isuq Toyota Yaris.

Fuq il-post mar tim mediku b’ambulanza fejn ħadu lir-raġel l-Isptar.

Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.

Il-pulizija qed tinvestiga dan il-każ.

Ekonomija

Sport