Raġel ta’ 49 sena, residenti r-Rabat, ttieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura wara li baqa’ dieħel bil-karozza tal-għamla Kia Optima fi trailer li huwa mifhum li kien ipparkjat.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1.50p.m. f’Ħal Farruġ.
Fuq il-post issejħet l-għajnuna tas-CPD biex joħorġu lir-raġel li għall-bidu kien jinsab maqbud fil-karozza.
Aktar tard ir-raġel ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi ħfief.