Raġel li kien qiegħed jagħmel xi xogħol f’razzett spiċċa ddaħħal l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex wara li ġie attakkat minn baqra. Ir-razzett jinsab fl-inħawi tal-Għarb u r-raġel għandu 56 sena residenti l-Għarb stess.
Kien għall-ħabta tal-4.30p.m. meta s-servizzi tal-emerġenza f’Għawdex ġew informati li kien hemm raġel li kellu bżonn l-assistenza wara li ġie attakkat minn baqra.
Fir-razzett mar tim mediku b’ambulanza li assistew lill-vittma u wara ttieħed l-Isptar Ġenerali għal aktar kura.
Il-kundizzjoni tar-raġel s’issa għadha mhix magħurfa filwaqt li l-pulizija ġew informati bil-każ.

