Il-Forzi Armati ta’ Malta u d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili salvaw Olandiż li weġġa’ f’Għajn Tuffieħa.
L-inċident seħħ ilbieraħ waranofsinhar u fuq il-post issejħu minnufih uffiċjali tal-pulizija, tim mediku u membri mid-Dipartiment tal-protezzjoni ċivili.
Fuq il-post intbagħtet ukoll il-lanċa tas-salvataġġ Melita 2 u ħelikopter tal-Forzi Armati minħabba li l-operazzjoni tas-salvataġġ kienet waħda pjuttost delikata.
Ir-raġel ittella’ fuq l-art fejn sab tim mediku lest biex jagħtih l-ewwel assistenza fuq il-post sakemm seta’ jittieħed lejn l-Isptar Mater Dei għal aktar kura. S’issa għadha mhix magħrufa l-kundizzjoni tiegħu.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan l-inċident għadhom għaddejjin.