Saturday, May 4, 2024

Giorgia Meloni mistennija tkun l-ewwel PM Taljan mara

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-mexxejja tal-lemin estrem Giorgia Meloni ddikjarat ir-rebħa fl-elezzjoni li saret il-Ħadd li għadda fl-Italja, biex b’hekk hi mistennija tkun l-ewwel Prim Ministru mara tal-pajjiż. Meloni issa mistennija tifforma l-aktar gvern tal-lemin estrem li qatt kien hemm fl-Italja mit-Tieni Gwerra Dinjija lil hawn. 

Madankollu, fil-kummenti tagħha wara l-votazzjoni, Meloni qalet li l-partit tagħha “Fratelli d’Italia” se jiggverna għal kulħadd u mhux se jittradixxi l-fiduċja tan-nies. 

Hija mbassra li tirbaħ sa 26% tal-voti, skont ir-riżultati proviżorji, qabel l-eqreb rivali tagħha Enrico Letta mill-partit ċentru xellugi. 

L-alleanza tal-lemin ta’ Meloni – li tinkludi wkoll il-Lega tal-lemin estrem ta’ Matteo Salvini u l-Forza Italia taċ-ċentru-lemin tal-eks PM Silvio Berlusconi – issa tidher li għandha kontroll kemm tas-Senat kif ukoll tal-Kamra tad-Deputati, b’madwar 44% tal-voti. 

Id-deċiżjoni dwar min isir il-mexxej li jmiss tal-Italja hi f’idejn il-President Sergio Matteralla u dan misteni li jieħu ż-żmien. Għalkemm Giorgia Meloni ħadmet ħafna biex ittaffi l-immaġini tagħha, enfasizzat l-appoġġ tagħha għall-Ukrajna u xxejjen ir-retorika kontra l-UE.

Sport