Tuesday, December 24, 2024

Raġel l-isptar wara li ħabat ma’ arblu tad-dawl

Aqra wkoll

Kien għall-ħabta tas-6.00 a.m. meta raġel ta’ 47 sena residenti l-Imtarfa kellu jittieħed l-Isptar wara li kien involut f’inċident tat-traffiku.

Mill-ewwel investigazzjonijiet jirriżulta li r-raġel kien qiegħed isuq vettura tal-għamla Toyota Vitz fi Triq l-Imdina, Ħaż-Żebbuġ direzzjoni lejn ir-Rabat. Għal xi raġuni, is-sewwieq tilef il-kontroll u baqa’ dieħel f’arblu tad-dawl.

Fuq il-post mar tim mediku mill-Isptar Mater Dei b’ambulanza li ħadu lir-raġel l-isptar.

Aktar tard ir-raġel ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.

Il-pulizija qegħdin jinvestigaw dan il-każ.

Ekonomija

Sport